Lokali Parlament

Kieku ma nqatlitx Daphne, Malta kienet tinħakem mill-Mafja

Joe Ellis, PN

Id-deputat Nazzjonalista Joe Elis qal li l-inkjesta madwar il-qtil ta’ Daphne Carauana Galizia kkonkludiet li kieku mhux għax Daphne kienet maqtula, l-Istat Malti kien se jispiċċa mmexxi minn organizzazzjoni Mafjuża.

Hu sostna fil-parlament li l-pajjiż kien se jipiċċa f’sistema li fiha l-pajjiż jitmexxa minn klikka li taħtaf ir-riżorsi tal-pajjiż għall-benefiċċju tagħha.

Dan jikkonfermah il-Bord tal-Inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Kien hemm anki ministri tal-Gvern li ddikjaraw li l-Kabinet tal-Gvern kien tilef is-saħħa tiegħu minħabba li d-deċiżjonijiet kienu jittieħdu minn persuni oħra fosthom Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi li kienu jiddeċiedu l-proġett l-kbar ta’ korruzzjoni fosthom il-bejgħ tal-isptarijiet u l-power station.

Id-deputat Nazzjonalista kkwota r-rapport li jitratta ż-żwieġ kontra n-natura bejn il-Gvern Laburista u elementi fil-kummerċ li wżaw il-viċinanzi li kellhom mal-Gvern Laburista biex javvanzaw l-interessi personali tagħhom. Biex is-sagfriċċju ta’ Daphne ma jkunx għalxejn iridu jittieħdu l-azzjonijiet biex dan iż-żwieġ kontra n-natura jintemm.