Id-difensur ta’ Roma, Leonardo Spinazzola qal li l-għan tiegħu huwa li jirritorna għat-taħriġ f’Novembru wara li weġġgħa fil-kwartifinali tal-Euro 2020 kontra l-Belġju. Spinazzola li weġġgħa l-parti ta’ fuq tal-għaksa tilef il-bqija tal-Kampjonati Ewropej fejn kellu wkoll jkun operat.
Spinazzola qal li l-għan tiegħu huwa li jirkupra kemm jista’ jkun malajr sabiex ikollu staġun mill-aqwa ma’ Roma kif ukoll qed jittama li jkun fl-iskwadra Taljana fit-Tazza tad-Dinja.
//= $special ?>