Lokali Qtil Politiku

“L-impunità għadha fostna” – l-editorjal tat-Times

“Is-sens ta’ impunità għadu ħaj fostna, u għadu jirrenja fost persuni li qedgħin fl-għola istituzzjonijiet”.

Hekk jistqarr b’mod ċar l-editorjal tal-lum tat-Times of Malta intitolat ‘At the heart of darkness’, u li jagħti ħarsa lejn il-pubblikazzjoni tal-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-editur jinnota li l-Partit Laburista u Robert Abela għadhom ma ċaħdux lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat. U jisħaq li l-Gvern ta’ Abela għandu jinżamm kontabbli għall-fallimenti li seħħew fl-aħħar snin, u li dwarhom jitkellem ir-rapport tat-tliet Imħallfin.

Kif qalet il-familja Caruana Galizia, jikteb l-editur, il-konklużjonijiet tal-inkjesta għadhom iservu biex terġa’ tibda tirrenja f’pajjiżna s-Saltna tad-Dritt. Dan filwaqt li naraw il-protezzjoni vera tal-ġurnalisti u li tispiċċa l-kultura ta’ impunità.