Lokali Parlament

L-inkjesta tirrifletti biss x’inhu l-Gvern Laburista u mhux il-poplu Malti

Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tirrifletti biss x’inhu l-Gvern Laburista u mhux il-poplu Malti

Hu qal fil-parlament li l-Prim Ministru gideb għaliex il-Prim Ministru ma poġġiex ir-rapport sħiħ tal-inkjesta fil-parlament. Dan għaliex ix-xhieda u s-sottomissjonijiet kellha tkun kollha aċċessibbli għall-pubbliku. Id-deputat Nazzjonalista qal li min se jġorr ir-responsabbiltà politika wara l-inkjesta’ kieku kien f’pajjiż ieħor kien jirriżenja l-Gvern.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li membru tal-familja ta’ Daphne kien bagħtlu messaġġ biex ikun assigurat li dak li seħħ lil Daphne ma jseħħ qatt inktar.

Fil-Kunsill tal-Ewropa fl-2017, Peter Omtzigt kien attakkat għax kien qed jinsisti li tinfetaħ inkjesta pubblika. Fost dawn kien hemm Rosianne Cutajar li fl-istess waqt kienet viċin Yorgen Fenech, tieħu l-flus mingħandu u tmur Dubaj għal jumejn u tiġi lura.

Hu kompla li fil-Kabinett hemm il-Ministru Silvio Schembri li ktieb li qabel l-elezzjoni tal-2017 “se neħilsu minn Daphne”. Dan meta kien hemm il-pjan għall-qtil tagħha kien għaddej.

Jason Azzoprdi qal li din ma kinitx apoloġija sinċiera u sostna ir-rapport tal-inkjesta jikkudanna lill-Ministru Owen Bonnici li taħti kien kollass fis-saltna tad-dritt.

Hu semma’ l-laptop ta’ Daphne u qal li Glenn Beningfield, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kien staqsa fejn hu l-laptop u sejjaħ għal kampanja f’dan is-sens. L-Avukat Ġenerali kien ukoll ta parir biex ikun maqbuż il-parlament fl-Eelctrogas, sostna Jason Azzopardi, li qal li kieku l-Assistent Kummissarju Ian Abdilla għamel xogħlu kieku Daphne għadha ħajja.

Jason Azzopardi qal li fl-inkjesta hemm rakkomandazzjonijiet tal-familja li erba’ minnhom kienu diġà proposti tal-PN. L-inkjesta mhix dak li hu l-poplu Malti għax il-Malti mhux qattiel u ħalliel; din hi inkjesta li turi x’inhu l-Gvern Laburista.