Ekonomija Lokali

L-iżbilanċ fil-finanzi tal-Gvern jinsab fil-livell ta’ kważi €849 miljun

Id-dejn tal-Gvern kompla jitla' 'l fuq

Statistika maħruġa mill-NAO tindika li sa Ġunju li għadda, l-iżbilanċ tal-fondi pubbliċi kien ta’ kważi €849 miljun.

Minkejja dan id-deficit pjuttost kbir, xorta kien hemm tnaqqis fl-infieq kapitali għall-ewwel sitt xhur tas-sena – fi kliem sempliċi, infieq fuq proġett kapitali. Fil-fatt, meta mqabbel mal-ewwel sitt xhur tal-2020, kien hemm tnaqqis ta’ €118.3 miljun fuq nefqa kapitali.

U filwaqt li d-deficit naqas bi ftit, id-dejn tal-Gvern kompla jiżdied.

Fuq sena, id-dejn tal-Gvern żdied b’€1,421 miljun – għal total ta’ dejn illi jammonta €7,797.8 miljun.