Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Atletika: Carla Scicluna tikkwalifika mir-rawnd perliminari

L-atleta Maltija Carla Scicluna rnexxielha tikkwalifika għall-ewwel rawnd tal-heats tal-100 metru meta temmet fit-tielet post fir-rawnd preliminari.

Scicluna rnexxielha twettaq ħin ta’ 12.11 sekonda u kienet biss 0.06 sekondi ‘l bogħod milli tikser l-aħjar ħin personali tagħha. It-tellieqa ntrebħet minn Joella Lloy b’ħin ta’ 11.55 sekonda.

Fl-ewwel rawnd, Scicluna tellqet fil-ħames heat fejn fost l-oħrajn tellqet kontra Shelly-Ann Fraser Pryce, rebbieħa ta’ żewġ midlaji tad-deheb fil-100 metru. Scicluna temmet fit-tmien post fejn kisbet ħin ta’ 12.16 sekonda. Shelly-Ann Fraser Pryce rebħet il-heat b’ħin ta’ 10.84 sekonda.