Futbol Sport

Olimpjadi: Futbol tan-Nisa: Il-Gran Brittanja eliminati, l-Istati Uniti javvanzaw

Il-Gran Brittanja kienu eliminati bl-iskor ta’ 4-3 mill-Awstralja wara l-ħin barrani. Kienu l-Awstralja li fetħu l-iskor permezz ta’ Kennedy, bit-tim tal-Gran Brittanja jirrispondi permezz ta’ dopjetta ta’ White.

Kerr ġabet l-iskor indaqs għall-Awstralja, bil-partita tmur għall-ħin barrani, kienet Fowler li għamilthom 3-2 għall-Awstralja filwaqt li Kerr għamlithom 4-2. White naqset l-iskor għall-Ingilterra fil-115 -il minuta għall-skor finali ta’ 4-3.

L-Istati Uniti wkoll kwalifikaw għas-semifinali hekk kif għelbu lill-Olanda permezz tal-għoti tal-penalties. Bil-partita tintemm fi draw ta’ 0-0, kien il-penalty ta’ Megan Rapinoe li ddeċieda l-partita.

Kwartifinali: Team GB v Awstralja 3-4, Kanada v Brażil 0-0 (4-3), Żvezja v Ġappun 3-1