Ir-Repubblika Ċeka kisbet il-midalja tad-deheb fil-qdif K1 permezz tal-qaddief Jiří Prskavec hekk kif qabel l-Olimpjadi kien il-favorit li jagħmel dan. Prskavec kellu bidu tajjeb u fetaħ vantapp komdu fuq Jakub Grigar li temm fit-tieni post.
Prskavec temm f’ħin ta’ 91.63 sekonda fejn għeleb id-diżappunt li kellu f’Rio fejn temm fit-tielet post. Fit-tielet pożizzjoni temm il-Ġermaniż Hannes Aigner li temm f’ħin ta’ 97.11 sekonda.
//= $special ?>