Sport Sport Ieħor

Olimpjadi: Ryan Murphy jqajjem dubji dwar il-finali tal-200 metru backstroke

(Ritratt: EPA)

L-għawwiem tal-Istati Uniti, Ryan Murphy qajjem dubji dwar kemm il-finali tal-200 metru backstroke kienet waħda ġusta hekk kif skond Murphy kien hemm possibilità ta’ doping.

Murphy temm fit-tieni post fil-200 metru backstroke wara Evgeny Rylov tal-Kumitat Olimpiku Russu. Murphy naqas milli jakkuża lil Rylov b’mod diret iżda deher li kien qed jirreferi għall-għawwiem Russu.