Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Sparar bil-qaws: An San issir l-ewwel li tirbaħ tliet midalji tad-deheb f’Tokjo

(Ritratt: EPA)

L-atleta tal-Korea t’Isfel An San saret l-ewwel atleta li rebħet tliet midalji tad-deheb fl-Olimpjadi ta’ Tokjo. An San rebħet il-finali tan-nisa tal-isparar bil-qaws f’Yumenoshima Park Archery Field fejn għelbet l-isfida diretta ta Elena Osipova.

L-atleta ta’ 20 sena saret l-ewwel atleta li rebħet tliet midalja tad-deheb hekk kif qalet li l-għan prinċipali tagħha kien li tirbaħ id-deheb fil-kategorija tat-timijiet.