Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Tennis: Tintemm il-ħolma ta’ Novak Djokovic

(Ritratt: EPA)

Tiġi fi tmiemha l-ħolma ta’ Novak Djokovic fl-Olimpjadi ta’ Tokjo hekk kif kien eliminat minn Alexander Zverev fejn issa se jkun qed jilgħab kontra Karen Khachanov wara li għeleb lil Pablo Carreno Busta.

Zverev ħareġ rebbieħ 1-6 6-3 6-1 f’sagħtejn u tliet minuti. Din kienet telfa mhux mistennija għal Djokovic hekk kif kien qed jittama li jirbaħ l-erba’ Grand Slams u l-midalja tad-deheb fl-istess sena.