Rapport: Stewart Said
SAN ĠILJAN MERCURY………… 15
M’SKALA FISH AND FISH……… 6
(4-2), (6-1), (2-1), (3-2)
Ebda diffikultà għaċ-champions San Ġiljan Mercury Towers kontra Marsaskala Fish and Fish. Il-Ġiljaniżi ħadu r-riedni tal-logħba mill-ewwel sessjoni u aċċertaw mir-rebħa fit-tieni waħda biex fl-aħħar żewġ sessjonijiet ikkontrollaw il-konfront. Marsaskala ħassew in-nuqqas tat-tim ta’ Paul Privitera li kien mat-tim iżda ma kienx inkluż fl-ilma.
Darren Zammit poġġa lil San Ġiljan żewġ gowls minn fuq iżda Marsaskala wieġbu b’żewġ gowls minn Stephen Micallef u Mark Carani. Madankollu Darren Zammit u Mattias Ortoleva taw vantaġġ doppju. San Ġiljan iddominaw it-tieni sessjoni u sa nofs is-sessjoni kien diġà kabbru l-vantaġġ għal 8-2. Ben Plumpton u Matthew Zammit mir-raba’ penalty tas-sessjoni, kabbru d-distakk għal tmien gowls, b’Jake Ciantar inaqqas id-distakk fl-aħħar nofs minuta ta’ qabel il-mistrieħ.
Ir-ritmu tal-logħba naqas fl-aħħar żewġ sessjonijiet. Dino Zammit skorja doppjetta oħra u tella’ t-total personali għal ħames gowls, b’Carani jiskorja r-raba’ gowl ta’ Marsaskala fl-aħħar minuta tas-sessjoni. Il-kowċ Dorian Pisani żamm ħafna mill-plejers regolari fl-aħħar sessjoni wkoll. Għal Marsaskala spikka l-gowlkiper żagħżugħ Aiden Muscat li lagħab l-aħħar sessjoni. Wara li Kyle Navarro u Carani skorjaw għal Marsaskala, San Ġiljan skorjaw tliet darbiet fl-aħħar tliet minuti b’doppjetta ta’ Andreas Galea u gowl ta’ Dino Zammit għal rebħa aktar minn komda.
San Ġiljan: R. Coleiro, D. Zahra, A. Galea (2), D. Fero, R. Caruana, M. Zammit (2), B. Plumpton (1), J. Bonavia, D. Ciantar, Da. Zammit (3), K. Galea, Di. Zammit (5), G. Vassallo, M. Ortoleva (2), D. Tully
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, A. Camenzuli, P. Privitera, G. Sammut, L. Grixti, K. Navarro (1), M. Manara, S. Micallef (1), L. Felice, J. Ciantar (1), M. Carani (3), A. Muscat, D. Camilleri, N. Gatt
Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri
NEPTUNES………………………….. 11
BIRŻEBBUĠA FREEPORT…….. 6
(3-0), (3-1), (2-2), (3-3)
Neptunes għelbu wkoll lil Birżebbuġa Freeport f’logħba kalma u mingħajr tensjoni żejda. L-aħjar tim rebaħ, b’Neptunes ma jkollhomx l-aqwa logħba possibbli iżda kisbu dak li xtaqu meritatament. Dan minkejja li Birżebbuġa pruvaw jorganizzaw ruħhom kemm setgħu biex jillimitaw id-danni kontra tim aħjar minnhom.
Bidu pożittiv mit-tim ta’ Jovan Popovic li rebaħ l-ewwel sessjoni 3-0 b’doppjetta ta’ Stevie Camilleri u gowl ta’ ħuh Jordan. L-andament tal-logħba baqa’ l-istess, b’Neptunes ikomplu jikkontrollaw il-logħba filwaqt li sabu ċ-ċans li jżidu tliet gowls oħra. Wara s-sitt gowl, Birżebbuġa naqqsu d-distakk permezz ta’ Christian Mifsud.
Neptunes baqgħu jikkontrollaw il-logħba u wara li David Cutajar naqqas id-distakk, James Spiteri Staines u Stevie Camilleri kabbru l-iskor għal 8-2. Cutajar reġa’ naqqas id-distakk fl-aħħar minuta tas-sessjoni. L-aħħar sessjoni kienet bilanċjata, bit-tim ta’ Pierre Borg tal-anqas jirnexxilu jikseb riżultat rispettabbli. Dan wara li baqgħu sal-aħħar jippruvaw jilagħbu l-logħba tagħhom, għalkemm Neptunes naqqsu ftit l-intensità tagħhom.
Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (2), L. Calleja, G. Pace, J. Spiteri Staines (1), S. Camilleri (4), J. Camilleri (2), J. Abela, M. Spiteri Staines (2), A. Fenech, S. Gialanze, A. Bugeja, M. Farrugia, R. Galea
Birżebbuġa: M. Rossi, J. Farrugia, N. Cassar, D. Pace Lupi, C. Mifsud (1), P. Serracino, S. Vassallo, D. Cutajar (4), M. Bonnici, M. Borg, R. Spiteri, S. Fava, M. Sladden, B. Grech, G. Sammut (1)
Referees: Peter Balzan, Stefan Licari
Logħob għas-Sibt
L-Ewwel Diviżjoni
Sirens v Exiles 5.00pm
Ta’ Xbiex v Marsaxlokk 6.05pm
Kampjonat Premier
Sliema v Valletta 7.10pm
//= $special ?>