Dieversi nirien ħakmu l-madwar tal-Ajruport ta’ Katanja fi Sqallija, bil-konsegwenza li diversi turisti li kienu qed jistennew biex jaqbdu t-titjiriet spiċċaw l-art u anki kellhom jevakwaw l-ajruport.
Rapporti min Sqallija qegħdin jindikaw li l-fjammi kien wisq feroċi biex ikunu kkontrollata mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili Sqallin. Dan wassal biex diversi turisti jqattgħu lejl ieħor fi Sqallija huma u jistennew biex is-sitwazzjoni tirritorna għan-normal. Intant, kelliema għall-ajruport ta’ Katanja ikkonfermaw is-sospensjoni tat-traffiku tal-ajru, sakemm iċ-ċirkustanzi jkunu aktar favorevoli.
Wara investigazzjonijiet preliminarji, irriżulta li n-nirien tqabbad apposta minn individwi li għad iridu jkunu identifikati. Dan meta bħalissa Sqallija għaddejja min perjodu ta’ sħana tremenda li hi rari anki għal dawn iż-żmenijiet tas-sena.
L-aktar żoni affetwati min-nirien kienu ż-żoni ta’ Palermo, Messina u Katanja — fejn lokalitajiet bħal Fossa Creta, kellhom saħansitra jevakwaw iċ-ċittadini min djarhom sabiex huma jevitaw in-nirien. Il-Protezzjoni Ċivili ta’ Sqallija immedjatament iddikjarat allert massimu fost l-istqarrijiet biex iċ-ċittadini jibqgħu aġġornati bl-aħħar żviluppi fid-dawl tal-kriżi u biex jevitaw il-fatalitajiet.
//= $special ?>