Lokali Parlament

Tentattiv mill-Prim Ministru biex jiddistakka; jgħid li hu “ġdid”

Fil-parlament dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela ipprova jiddistakka lilu nnifsu mill-passat tal-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat billi jgħid li hu “ġdid”.

Fil-parlamern dalgħodu qal li l-poplu jistħoqqlu trasparenza u onestà u sostna li immedjatament kif riċieva l-inkjeta hu ktieb lill-Ispeaker biex jitlaqqa’ l-parlament u tkun pubbikata l-inkjesta. Illum għandna nservu ta’ eżempju għall-poplu Malti, sostna l-Prim Ministru, li kompla li din hi ferita li trid titfejjaq bil-mod il-mod.

Ma nistgħux ninsew minn xhix għadda l-pajjiż; jekk dan isir inkunu qed nistiednu iktar għawġ, qal Robert Abela, li kompla li l-inkjesta qalet li l-Istat ma kellux rwol fil-qtil ta’ Daphne iżda li ħoloq l-ambjent li ħoloq il-qtil. Hu reġa’ talab apoloġija u qal li kien se jerfa dan il-piż f’isem il-Gevrn u L-istat għax il-qtil ma jirriflettix lill-familji Maltin.

Il-Prim Ministru kompla li llum l-Istat jiffunzjona ħafna aħjar minn kif kien jaħdem fl-2020 u sostna li se jibda xogħol għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta.

Il-Prim Ministru kompla li l-gvern se jikkonsulta, mas-soċjetà u ma’ kull min għandu kontribut x’jagħti fil-pajjiż. Fl-aħħar18-il xahar saru riformi kbar fosthom il-mod kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u fil-ġudikatura. Il-Prim Ministru qal li hu diżappuntat li m’hemmx qbil fuq il-persuna tal-Ombudsman.

Irridu ġustizzja għal Daphne, għall-familja tagħha u għall-pajjiż; l-aħħar xhur kienu xhieda ċara li l-ġustizzja ma taħres lejn wiċċ ħadd. Illum hemm persuna misjuba ħatja u kundanna l-ħabs u sitt persuna mressqa l-qorti, sostna l-Prim Ministru, li kompla li quddiem it-talba għall-proklama l-Gvern aġixxa fl-interess nazzjonali.

Il-Prim Ministru kompla li dan sar kollu fl-interess tal-ġustizzja u b’kuxjenza safja. Hu sostna li f’dan il-pajjiż m’hemm impunità għal ħadd u żied li l-entitajiet jinvestigw b’serenità u jitħallew jaħdmu. Robert Abela kompla li dan il-każ għandu tagħlimiet għall-Ewropa kollha għaliex fl-aħħar perjodu inqatlu erba’ ġurnalisti f’erba’ stati membri tal-UE. Hu qal li l-Gvern se jappoġġja kull sforz biex jissaħħu d-drittijiet tal-ġurnalisti.

Il-Prim Ministru tkellem dwar in-negozju u qal li l-Gvern se jibqa’ jappoġġja lin-negozji serji. Hu kompla li lpajjiż għandu jaffronta ż-żmien li ġej bħala pajjiż wieħed u magħqud.

Il-Prim Ministru kkundanna l-attakki razzisti li saru f’Għawdex u f’Paceville u qal li dawn m’għandhomx ikunu aċċettati. Jien Prim Ministru ġdid ta’ amministrazzjoni ġdida, sostna l-Prim Ministru, li qal li l-Gvern irid jimxi b’onesta’ mal-poplu.