Sport Sport Ieħor

Tokjo tirreġistra l-għola rati ta’ każijiet tal-Covid-19 għat-tielet jum konsekuttiv

Jidher li l-Olimpjadi qed iħallu l-impatt tagħhom fuq is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Tokjo hekk kif għat-tielet jum konsekuttiv kienu rreġistrati aktar minn 10,699 każ pożittiv. Iż-żieda fil-każijiet qed tqajjem rabja fost il-pubbliku Ġappuniż fejn qed tikber is-sejħa biex jiżdiedu r-restrizzjonijiet.

B’reazzjoni għal dan, il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qal li m’hemm l-ebda rabta bejn iż-żieda fil-każijiet tal-Covid-19 u l-Olimpjadi hekk kif il-belt ta’ Tokjo tinsab fi stat ta’ emerġenza sa tmiem l-Olimpjadi.

Fil-Villaġġ Olimpiku fl-aħħar sigħat kien hemm 27 każ ġdid ta’ Covid-19 bit-total minn dan il-villaġġ jitla’ 225 każ.