Formula 1 Sport

Valtteri Bottas l-aktar veloċi fit-tieni sessjoni

(Ritratt: EPA)

Valtteri Bottas kien l-aktar veloċi fi tmiem it-tieni sessjoni fil-provi tal-Ġimgħa. Bottas temm qabel sieħbu fit-tim Lewis Hamilton fejn temm 0.027 sekonda qabel is-sewwieq Ingliż. Max Verstappen li kien qed jirritorna wara l-inċident li kellu ma’ Lewis Hamilton temm fit-tielet post.

Is-sewwieq ta’ Alpine Esteban Ocon temm fir-raba’ pożizzjoni filwaqt li s-sewwieq ta’ Red Bull Sergio Perez temm fil-ħames post. Is-sewwieqa ta’ Ferrari, Charles Leclerc u Carlos Sainz temmew fil-ħdax u fit-tnax -il post rispettivament.