Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra 94 każ ġdid filwaqt li 219 fiequ mill-virus fl-istess perjodu ta’ żmien. Il-każijiet attivi issa huma 1,847.
Fl-aħħar sigħat fortunatament ma kien hemm ebda fatalità kawża tal-Covid biex bhekk jibqgħu 423 il-persuni li mietu kaġun tal-virus.
Fl-isptar bħalissa hemm 30 persuna rikoverati bil-Covid, bi tnejn minnhom qegħdin jinżammu fit-taqsima tal-kura intensiva.
Intant il-Ministeru tas-Saħħa qed iwissi dwar scam fejn persuni qed jintalbu dettalji personali tal-bank sabiex jingħataw iċ-ċertivikat tal-vaċċin. Il-Ministeru fakkar li dan iċ-ċertifikat huwa disponibbli b’xejn fuq is-sit certifikatvaccin.gov.mt.
//= $special ?>