Lokali

Dalgħodu jitressaq it-tifel ta’ 14-il sena akkużat b’attentat ta’ qtil

Illum, għall-ħabta tad-0930am, il-Pulizija ser tressaq ġuvni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella.

Net News hu infurmat li l-Pulizija se tressaq lit-tifel implikat fil-każ li seħħ f’Tas-Sliema aktar kmieni din il-ġimgħa.

Fil-fatt, kien nhar it-Tlieta li għadda meta żagħżugħ ta’ 21 sena, Ingliż residenti l-Mosta, spiċċa ferut u kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara argument li seħħ f’residenza fi Triq Locker f’Tas-Sliema. U b’rabta ma’ dan il-każ, kien ġie arrestat tfajjel ta’ 14-il sena.