Lokali

Il-Kamra tal-Kummerċ temmen f’inklussivita’ sħiħa

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Marisa Xuereb saħqet dwar l-importanza ta’ diskussjoni dwar l-inklussivita’, b’mod speċjali f’temi ta’ saħħa mentali.

Waqt laqgħa li matulha ġiet diskussa l-iStrateġija Nazzjonali dwar l-Awtiżmu, Marisa Xuereb tkellmet dwar il-ħtieġa li employers ikunu sensittivi għall-bżonnijiet tal-impjegati tagħhom sabiex ikunu jistgħu jifhmu aħjar kif jistgħu jassistu.

Il-Kamra tal-Kummerċ temmen fil-promozzjoni ta’ programmi vokazzjonali u ta’ taħriġ, jitjieb il-proċess ta’ tħejjija għal employers sabiex ikunu jistgħu joffru impjiegi produttivi u fit-tul u l-introduzzjoni ta’ ’employment support’ workers li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni għad-dinja tax-xogħol.

Preżenti għall-laqgħa kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ Marthese Portelli u r-Rappreżentant tal-Kamra tal-Kummerċ fuq il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita’ Tonio Axisa.