Lokali

It-temperaturi mistennija jkomplu jogħlew fil-jiem li ġejjin

Hemm bżonn li l-pubbliku jżomm ruħu frisk u jixrob ħafna ilma.

Dan huwa l-appell tal-esperti hekk kif l-Uffiċju Meteoroloġiku ta’ Malta qed ibassar sħana qawwija fil-jiem li ġejjin, bit-temperaturi jkompli jogħlew ‘il fuq.

Filwaqt li tul il-jum tas-Sibt it-temperatura mistennija tilħaq it-38 grad celsius, fejn tinħass mal-erbgħin grad – Awwissu mistenni jibda b’xemx ikkargata bit-temperatura mistennija tinħass mal-41 ċentigradi.

Dan filwaqt li sal-jum tal-Ġimgħa, 6 ta’ Awwissu t-temperatura se tinħass mal-40 grad.

Għaldaqstant l-esperti qed jappellaw lill-pubbliku sabiex kemm jista’ jkun jevitaw li joqgħodu fix-xemx, partikolarment bejn il-11 ta’ filgħodu u l-4 ta’ waranofsinhar kif ukoll li jixorbu ħafna ilma.