Sport Sport Ieħor

It-tielet rebħa f’Malta għal Amadeus Quick

(Ritratt: Mike Orland)

Kenneth Vella

F’idejn Rodney Gatt, Amadeus Quick, il-Ġimgħa fil-għaxija rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u għamlet parti mill-25 laqgħa tas-sena fuq tmien tiġrijiet kollha tat-trott, kollha wkoll jagħmlu parti mill-kampjonati Sajfin MRTL. Ħdax -il żiemel ħadu sehem fit-tigrija Premier. Charles Camilleri temm l-aħjar sewwieq tas-serata bi tliet rebħiet.

Hawnhekk, Atout De Montbrun (Jesmar Gafa’) kien quddiem għal parti twila tad-distanza u kontinwament kien segwit minn Alinea (Herman McKay) u Crazy Charm (Paul Galea). Madankollu meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali, Atout De Montbrun beda jnaqqas mill-ġiri u dlonk inqabeż minn Amadeus Quick (Rodney Gatt) li faċilment ħa t-tielet rebħa f’Malta minn Alinea u Bijou De Carsi (Noel Baldacchino). Iz-ziemel ta’ Gafa’ kellu jikkuntenta bir-raba’ pożizzjoni.

Saru wkoll żewġ tiġrijiet tal-ponijiet bit-trott misjuqa minn tfal fuq distanza ta’ 600m u 200m rispettivament. Dawn intrebħu minn Timkatty (Mikhail Borg) u Brown Girl (Breeze Cassar).

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Bronze A. Dist – 2640m. 1. Dillinger Gentil (C. Camilleri) Ħin – 3.29.2” (1.19.2”) 2. Tyra I.H. (R. Gatt) 3. Fort De France (J. Farrugia) 4. Cadumroc (C. Degiorgio)

II Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Bronze A. Dist – 2640m. 1. Fazio Josselyn (N. Baldacchino) Ħin – 3.25.4” (1.17.8”) 2. Eclair Winner (S. Vella) 3. Fifine (R. Magro) 4. Falcon Du Hamel (M. Attard)

III Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Bronze A. Dist – 2640m. 1. Ami Cornuaillas (N. Baldacchino) Ħin – 3.27.7” (1.18.7”) 2. Derby Beconnais (R. Magro) 3. Vasterbo Brazilia (K. Caruana) 4. Very Welcome (A. Bartolo)

IV Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Bronze A. Dist – 2640m. 1. Flash Du Rabutin (C. Camilleri) Ħin – 3.23.7” (1.17.2”) 2. Erromanga (Cherise Farrugia) 3. Drole De Destin (N. Baldacchino) 4. Boko Won (S. Cassar)

V Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Silver B. Dist – 2640m. 1. Jadore Sugar (C. Vassallo) Ħin – 3.24.4” (1.17.4”) 2. Guarda (M. Mifsud) 3. Goliath Boko (J. Vassallo) 4. Amenophis Du Lilas (R. Gatt)

VI Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Amadeus Quick (R. Gatt) Ħin – 3.20.8” (1.16.1”) 2. Alinea (H. Mc Kay) 3. Bijou De Carsi (N. Baldacchino) 4. Atout De Montbrun (J. Gafa’)

VII Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Silver B. Dist – 2640m. 1. Derby Chevaleraie (C. Camilleri) Ħin – 3.23.4” (1.17”) 2. Bellina De L’Odon (R. Gatt) 3. Born To Gis (E. Attard) 4. Bolide Atout (N. Barbara)  VIII Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Silver B. Dist – 2640m. 1. Caline De Mai Capo (R. Gatt) Ħin – 3.25” (1.17.6”) 2. Edson Boko (J. Gafa’) 3. Eandel Smiling (N. Baldacchino) 4. Mr Magnifique (M. Bonnici)