Basketball Sport

Jinżamm l-AGM tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball

Paul Sultana u Joseph Muscat se jkunu qed iżommu l-kariga tagħhom bħala President u Segretarju tal-Malta Basketball Association wara li ġew ikkonfermati fil-kariga tagħhom fl-AGM.

Kemm Sultana u anke Muscat kienu ġew eletti fil-kariga tagħhom fl-2011. Melvin Gauci kien ikkonfermat bħala teżorier filwaqt li Alex Farrugia kien maħtur bħala Viċi-President. Abigaila Gauci, Elton Sant, Ottavio Terribile u Bernard Vassalo kienu eletti bħala membri.

Sultana qal li għal darb’oħra l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt qawwi fuq l-istaġun li għadda tal-MBA iżda s-saħħa tal-atleti u dawk involuti kienet prijorità. L-MBA qed tinvesti wkoll fil-qasam tekniku hekk kif qed isir investiment f’coaches barranin sabiex ssir preparazzjoni għal-logħob tal-GSSE fl-2023.