Formula 1 Sport

Lewis Hamilton jirbaħ il-Pole Position fl-Ungerija

(Ritratt: EPA)

Lewis Hamilton rebaħ il-Pole Position fl-Ungerija biex b’hekk se jibda fuq quddiem nett fit-tellieqa tal-Ħadd. Hamilton irnexxielu jegħleb l-isfida ta’ sieħbu fit-tim Valtteri Bottas b’0.315 sekonda.

Fit-tielet post se jibda s-sewwieq ta’ Red Bull Valtteri Bottas. Fir-raba’ u fil-ħames post se jkunu qed jibdew Sergio Perez u Pierre Gasly rispettivament. Lando Norris u Charles Leclerc se jibdew mis-sitt u mis-seba’ post filwaqt li Esteban Ocon se jibda mit-tmien post. Fernando Alonso u Sebastian Vettel se jibdew mid-disa’ u mill-għaxar post.

Kif se jibdew: 1. L. Hamilton, 2. V. Bottas, 3. M. Verstappen, 4. S. Perez, 5. P. Gasly, 6. L. Norris, 7. C. Leclerc, 8. E. Ocon, 9. F. Alonso, 10. S. Vettel, 11. D. Ricciardo, 12. L. Stroll, 13. K. Raikkonen, 14. A. Giovinazzi, 15. C. Sainz, 16. Y. Tsunoda, 17. G. Russell, 18. N. Latifi, 19. N. Mazpin, 20. M. Schumacher