Internazzjonali

Nirien li ħolqu “infern” fi Sqallija

Nirien li ilhom għaddejin 24 siegħa sħaħ. Fjammi u dħahen kbar. Sqallija, kważi kollha, mixgħula b’dawn in-nirien li qed iħallu qerda sħiħa.

Hija din is-sitwazzjoni li żviluppat ilbierah fil-gżira ġara tagħna – minn Palermo sa Katanja sa Noto – b’għexieren ta’ residenti jkollhom jiġu evakwati.

Il-President tar-Regjun Nello Musumeci qed jgħid li ċertu zoni inbiddlu f’infern, u wissa li se jitfa’ l-ħabs lil dawk kollha responsabbli għall-hruq – nar illi kompla jinfirex anke kaġun tas-sħana rekord li qed tolqot fuq Sqallija.