L-atleta Niġerjana, Blessing Okagbare kellha tirtira mill-Olimpjadi wara li nstabet pożittiv għall-test tad-doping. Okagbare kienet se tieħu sehem fis-semifinali tal-100m matul il-jum tas-Sibt wara li rebħet il-heat tal-Ġimgħa.
L-Athletics Integrity Unit qalet li sabet lill-atleta ta’ 32 sena pożittiva għall-sustanza projbità f’test li sar aktar kmieni matul ix-xahar ta’ Lulju. Okagbare hija kisbet il-midalja tal-fidda fl-Olimpjadi ta’ Beijing fl-2008. Din l-aħbar tasal ftit jiem wara li 10 atleti Niġerjani twaqqafu milli jikkompetu fl-Olimpjadi wara li ma għamlux test tad-doping qabel l-Olimpjadi.
//= $special ?>