Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Futbol: Il-Brażil, il-Messiku, il-Ġappun u Spanja fis-semifinali

Il-Brażil għelbu lil Eġittu 1-0 bil-gowl uniku jasal minn Matheus Cunha fl-ewwel taqsima. F’partita oħra l-Ġappun għelbu lil New Zealand 4-2 permezz tal-peanlties wara li l-partita sal-120 minuta ntemmet fi draw ta’ 0-0.

Spanja kienu viċin l-eliminazzjoni meta għelbu lill-Kosta tal-Ivorju 5-2. Minn naħa l-oħra l-Messiku għelbu lil Korea t’Isfel 6-3.

Riżultati: Brażil v Eġittu 1-0, Ġappun v New Zealand 0-0 (4-2pen.), Spanja v Kosta tal-Ivorja 5-2, Messiku v Korea t’Isfel 6-3.