L-għawwiema mill-Istati Uniti Katie Ledecky kompliet tiddomina t-800m freestyle hekk kif rebħet it-tielet deheb konsekuttiv fl-Olimpjadi ta’ Tokjo. Ledecky kienet il-favorita li tirbaħ din it-tellieqa, bl-Awstraljana Ariarne Titmus tkun l-aktar kompetitura diffiċli hekk kif kienet diġa għelbet lil Ledecky fl-400m.
Din kienet is-sitt midlaja tad-deheb individwali għal Ledecky biex b’hekk saret l-aktar mara li rebħet midalji tad-deheb. Fit-tieni u fit-tielet post temmew Ariarne Titmus u Simona Quadarella.
//= $special ?>