Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Tennis: Djokovic itemm l-Olimpjadi mingħajr midalja

(Ritratt: EPA)

Is-seed numru wieħed Novak Djokovic temm l-Olimpjadi f’Tokjo mingħajr midalja hekk kif tilef il-finali għall-midalja tal-bronż kontra Pablo Carreno Busta.

Djokovic kien qed jittama li jirbaħ il-Golden Slam, hekk kif f’sena waħda seta’ rebaħ l-erba’ Grand Slams kif ukoll il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi. Carreno Busta rebaħ din il-partita 6-4 7-6 6-3. Matul il-partita Djokovic deher nieqes mill-motivazzjoni kif ukoll deher f’xi waqtiet frustrat. It-tennista Serb xorta waħda għadu fiċ-ċans li jikseb il-bronż fid-doubles hekk kif flimkien ma’ Nina Stojanovic jilgħabu kontra t-tim Awstraljan iffurmat minn Ashleigh Barty u John Peers