Lokali

RAPPORT INKJESTA: Il-unions jappellaw għar-responsabbiltà u l-ġustizzja

Fost dawk li qed jirreaġixxu għal dak li qal ir-Rapport tal-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruan Galizia hemm uħud mill-akbar unions f’pajjiżna.

Dan is-sit tkellem ma’ żewġ unions tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem, li rrikonoxxew il-ħtieġa li tinġarr ir-responsabbiltà għal dak li ġara, filwaqt li jkun assigurat li qatt aktar f’pajjiżna ma jerġa’ jseħħ att barbaru bħal dak tal-qtil tal-ġurnalista.

Josef Vella, Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, qal li din ir-responsabbiltà trid tinġarr mill-Istat, iżda li anke kull wieħed u waħda minna seta’ kellu rwol f’dak li ġara.

“LI KKONKLUDEW DAWN L-IMĦALLFIN HUWA LI AĦNA BĦALA ĊITTADINI WKOLL GĦANDNA RESPONSABILTA F’DAK KOLLU LI NĦALLU LI JSIR. META AĦNA NAĊĊETTAW DAWN L-AFFARIJIET. U ALLURA ANKE S-SILENZJU HUWA KONFERMA LI QED NIPPARTEĊIPAW FIHA L BIĊĊA TAX-XOGĦOL

Dan kollu, kompla jgħid Josef Vella, ġabna f’sitwazzjoni xejn sabiħa anke fejn jidħlu tranżazzjonijet sempliċi mal-banek tagħna.

“BY DEFAULT KULĦADD QED JIPI TTRATTAT TA’ KRIMINAL. DIK HIJA S-SITWAZZJONI LI ĠEJNA FIHA

Min-naħa tiegħu, id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, Joe Farrugia, qal li jeħtieġ li ssir ġustizzja mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia, filwaqt li tenna li pajjiżna qed jiffaċċja problemi ta’ governanza.

“TRID ISSIR GUSTIZZJA U MINGĦAJR KOMPROMESSI MA KULL MIN KIEN INVOLUT DIRETTAMENT U INDIRETTAMENT FL-ASSASSINJU TA’ DAPHNE CARUANA GALIZIA U KIF ILHA TIPPROPONI L-MEA TRID ISSIR RIFORMA FIS-SISTEMA POLITIKA TAGĦNA SABIEX JITWARRAB KULL PERIKLU TA’ IMPUNITÀ  U KORRUZZJONI KIF RAJNHA TUL DAWN L-AĦĦAR SNIN

Farrugia nsista dwar l-importanza li dan il-kapitlu jibqa’ parti mill-istorja tagħna, fl-istess waqt li nassiguraw li dak li seħħ ma jerġax jiġri.

“FL-AĦĦAR MILL-AĦĦAR IRRIDU NERĠGĦU NISTABBILIXXU L-IDENTITÀ TAGĦNA BĦALA PAJJIŻ ILLI WIEĦED JISTA’ JIDDEPENDI FUQU