Lokali

Sqalli arrestat wara sejba droga fil-Gżira

Sqalli residenti l-Gżira kien arrestat mill-Pulizija tad-distrett ta’ Tas-Sliema b’rabta ma’ traffikar tad-droga kokaina.

Dan seħħ wara jiem ta’ osservazzjoni fuq residenza fi Triq Sir Charles Cameron wara suspett li fiha qiegħed isir traffikat ta’ droga…bil-pulizija tad-Distrett jitolbu mandat ta’ arrest fil-konfront tiegħu.

Wara li seħħ l-arrest tar-raġel ta’ 48 sena, il-Pulizija għamlu tfittxija fir-residenza u fil-vettura tiegħu fejn instabu madwar 20 qartas b’sustanza suspettata droga kokaina – kif ukoll madwar €3,000 fi flus kontanti.

Huwa qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana u mistenni jitressaq il-Qorti għada.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.