Lokali

80 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa; 5 persuni fl-ITU

Huma 80 il-każi ġodda pożittivi reġistrati fl-aħħar sigħat… bl-ammont ta’ persuni rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei issa tela’ għal ħamsa… żieda sinifikanti hekk kif għal dawn l-aħħar jien kien hemm biss pazjent wieħed jew tnejn rikoverati fI-ITU.

Fuq nota pożittiva, bejn is-Sibt u l-Ħadd fiequ 214-il persuna bil-każijiet attivi issa niżlu għal 1,713.

Fl-aħħar sigħat fortunatament ma kien hemm ebda fatalità kawża tal-Covid-19 bin-numru ta’ vittmi jibqa’ dak ta’ 423.

Minn informazzjoni maħruġ mill-Ministeru tas-Saħħa sar magħruf li fl-isptar bħalissa hemm 32 pazjent li qed jingħataw l-kura. Dan filwaqt li mill-94 każ irrappurtat s-Sibt, l-età medja kienet dik ta’ 38 sena.

Intant qed ikompli għaddej it-tilqim kontra dan il-virus… hekk kif sal-Ħadd filgħodu 382,255 persuna kienu mlaqqma b’mod sħiħ.

Intant, l-Aawtorita Maltija tat-Turiżmu, l-MTA ħarġet ir-regolamenti tat-tliet avvenimenti popolari tal-massa li ser isiru f’Settembru li ġej. Dawn jinkludu li dawk il-persuni li huma mqlaqqma b’mod sħiħ biss jistgħu jattendu għall-dawn l-avvenimenti, il-maskri għandhom jintlibbsu fid-dħul waqt li n-nies ikunu fil-queue u jitneħħew biss waqt li jkuu bilqegħda u għandha tinżamm id-distanza soċjali waqt li n-nies ikunu qegħdin jistennew biex jidħlu.

Fir-rigward tal-bubbles, hemm żewġ għażliet għall-organizzaturi: bubbles b’massimu ta’ 330 persuna b’distanza ta’ żewġ metri bejn kull grupp, jew bubble ta’ 250 persuna u distanza ta’ erba’ metri bejn kull grupp. Kull bubble jkollha xatba għalija, queue għaliha, kif ukoll mobile toilets għalihom.