Sport Sport Ieħor

Esteban Ocon itemm fl-ewwel post fl-Ungerija

(Ritratt: EPA)

Esteban Ocon temm fl-ewwel post fil-Grand Prix tal-Ungerija fejn wara bidu drammatiku rnexxielu jieħu f’idejh il-kmand tat-tellieqa. Is-sewwieq Sebastian Vettel temm fit-tieni post filwaqt li Lewis Hamilton rnexxielu jirkupra mill-ahhar post għat-tielet post. Carlos Sainz ta’ Ferrari temm fir-raba’ pożizzjoni filwaqt li Fernando Alonso temm fil-hames post. Pierre Gasly u Yuki Tsunoda temmew fis-sitt u fis-seba’ pożizzjoni b’Nicholas Latifi jtemm fit-8 post. George Russell temm fid-9 pożizzjoni filwaqt li Max Verstappen rnexxielu biss jtemm fl-għaxar post.