Lokali

Inawgurata statwa ġdida tal-Madonna tal-Anġli

Il-Kappella tal-Madonna tal-Anġli f’Baħar iċ-Ċagħaq ngħatat libsa ġdida permezz ta’ statwa tal-Madonna lewn id-deheb li ġiet inawgurata l-Ħadd filgħodu.

Waqt l-inawgurazzjoni tal-istatwa indaqqet l-Ave Maria hekk kif kienet qed titneħħa bandiera tar-reliġjon. Preżenti kien hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili li permezz ta’ sellum qegħdu kuruna tal-fjuri. Fl-aħħar taċ-ċerimonja sar it-tberik tal-istatwa tal-Madonna.

Net News tkellem ma’ Patri Julian Sammut li spjegalna aħjar xi tfisser din l-istatwa għal din il-parroċċa.

L-iskultur li ħadem fuq din l-istatwa, Ramon Camilleri McKay qalilna li l-proċess fuq l-istatwa beda madwar ħames xhur ilu, bix-xogħol fuqha minn naħa tiegħu dam madwar tliet xhur.

L-istatwa tikkonsisti minn fiber glass u żebgħa għal tal-apposta biex tilqa’ għall-elementi tan-natura, bħax-xemx u x-xita.