Lokali

“Minix se nivvota lil dawn il-pulċinelli li jippretendu li huma Laburisti” – Mark Camilleri

“Jien Laburist imma minix Ġaħan u għalhekk minix se nivvota lil dawn il-pulċinelli li jippretendu li huma Laburisti”.

Hekk stqarr f’post fuq facebook l-eks delegat tal-Labour Mark Camilleri fid-dawl ta’ dak li ġie żvelat dwar il-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis.

Huwa żied li nies bħal Edward Zammit Lewis huma kriminali oppotunisti u nies korrotti li lill-Partit Laburista kkapparrawh ġabuh żibel bil-ħmieġ tagħhom.