Whitney Bartolo u Jehan Nicolosi li għandhom 10 snin rebħu l-ewwel edizzjoni tal-konkors ‘Miss Fashionista’ li sar fi Sqallija. Il-mudelli ta’ ‘Vipaj Academy’ f’Malta, kisbu dan l-unur minn fost 35 tifel u tifla li kkontestaw matul is-serata finali.
Suċċess ukoll għal Miriana Tonna li għandha 14-il sena hekk kif rebħet ‘Miss Principessa D’europa Finalist a Nazionale’. Dan ir-riżultat ifisser li ż-żagħżugħa kisbet post fil-finali internazzionali li se ssir f’Riccione f’Settembru li ġej fejn ser tkun qed tikkompeti ma’ 50 mudella minn madwar l-Ewropa.
Fatt interessanti hu li waqt dan il-konkors, f’mument minnhom, il-ġurija qalu li l-mudelli Taljani għandhom jiġu Malta biex jitgħallmu aħjar it-teknika u d-dixxiplina li hemm bżonn biex tirnexxi f’din l-industrija. Dan meta l-mudelli Maltin kienu eċċezzjonali, mertu għall-għalliema tagħhom Janice Busuttil li tmexxi ‘Vipaj Accademy’ f’pajjiżna.
//= $special ?>