It-tennista Ġermaniż Alexander Zverev rebaħ il-midalja tad-deheb fis-singles tal-irġiel meta għeleb l-isfida ta’ Karen Khachanov 6-3 6-1 f’siegħa u 19-il minuta wara li fis-semifinali elimina lill-favorit Novak Djokovic.
Il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi għal Zverev hija l-aktar unur prestiġjuż li rebaħ fil-karriera tiegħu hekk kif qabel rebaħ l-ATP Finals u l-Masters 1000.
//= $special ?>