Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara inċident bil-mutur

Raġel ta’ 26 sena residenti ż-Żurrieq, weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Yamaha, u waqa’.

L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu fi Triq l-Mdina, f’Ħaż-Żebbuġ.

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, ix-xufier ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.