Lokali

“Robert Abela jkompli joħnoq il-ġurnaliżmu f’Malta” – PN

L-ewwel ħelsu minn Daphne. Imbagħad neħħew Xarabank. Issa għalqu ħalq L-Erbgħa fost ilĠimgħa u jridu jeliminaw kull diskussjoni minn fuq TVM.

Kien dan li ħareġ minn stqarrija maħruġa mill-Kelliem għall-Ġustizzja, għar-Riforma Kostituzzjonali, d-Djalogu Soċjali u x-Xandir Nazzjonali, Joe Ellis f’isem il-Partit Nazzjonalista fejn kompla jgħid li bħal Joseph Muscat, Robert Abela hu espert li jagħmel bil-maqlub ta’ li jgħid.

Tgħid li wara l-apoloġija li għamel għall-qtil politiku ta’ ġurnalista, qed ikompli jifga il-ġurnaliżmu ħieles f’Malta. Minflok keċċa lil Carmelo Abela minn ministru tal-PBS li wara akkużi ta’ rabtiet mal-kriminalitá organizzata, Abela għamel min kollox biex jeħles minn ġurnalist kredibbli: Mark Laurence Zammit.

Zammit ikkonferma li ser jitlaq minnufih minħabba indħil politiku da parti tad-diriġenti talPBS li xekklu l-libertà ġurnalistika tiegħu. Fl-istess waqt, il-PBS qed ineħħi l-aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti mit-TVM f’sena ta’ elezzjoni
u jitfagħhom fuq TVM 2. Dan eżerċizzju li żgur ser ikun mezz ġdid ta’ propaganda għallgvern li jibża mill-ġurnaliżmu liberu.

L-istqarrija tgħid li dan kollu ħareġ wara li Robert Abela l-ewwel waqqaf Xarabank għax jibza mid-dibattiti politiċi,
ħeles mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti f’konferenzi stampi u għadu qatt ma ta intervista lill-midja independenti għax jibża mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Dan hekk kif jinteressah biss fil-One TV li jkompli jsaħħhaħ b’reklamar bl-addoċċ imħallas mit-taxxi tagħna.

Il-PN qal li mill-inkjesta ta’ din il-ġimgħa, hu ċar li Abela ma tgħallem xejn, u mhuwiex se jitgħallem ghax hu
biss maskra ġdida ta Joseph Muscat li jibża jiddisasoċja ruħu minnu. Il-PBS qiegħed jipprova jbellagħha lin-nies li kien Mark Laurence Zammit li ma segwiex irregoli tal-istazzjon, iżda l-verità hi li hu l-PBS li qiegħed jonqos milli jagħmel dan billi fost loħrajn jirrifjuta li jsegwi d-direttivi tal-awtoritá tax-xandir.

Il-PN mhux ser iħalli lill-gvern joħnoq istituzzjoni daqshekk importanti bħall-PBS u jużaha għall-iskopijiet partiġġjani tiegħu. Anzi, il-pajjiż ser isib lill-PN li ser ikompli jiddefendi akkost ta’ kollox il-libertà tal-kelma u ddemokrazija biex il-poplu jkollu s-serħan tal-moħħ li nibnu futur aħjar għal uliedna.