Lokali

Tifel ferut wara li waqa’ minn fuq mutur

Tifel weġġa’ ħafif wara inċident li kellu meta kien passiġġier ma’ raġel ta’ 41 sena fuq mutur.

L-inċident seħħ fi Triq il-Mosta, f’San Pawl il-Baħar.

Mill-investigazzjonijiet li saru, irriżulta li Serb ta’ 41 sena residenti San Pawl il-Baħar, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Peugeot, u waqa’. Flimkien miegħu kien hemm it-tifel, li għandu 9 snin.

Huma ngħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, ix-xufier ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li t-tifel ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.