Lokali

Tikber il-pressjoni fuq Robert Abela biex ikeċċi lil Joseph Muscat

Huwa evidenti li l-Prim Ministru Robert Abela jinsab taħt pressjoni kbira wara li diversi delegati Laburisti kitbu lill-President tal-Partit Laburista Ramona Attard sabiex jitkeċċa l-eks Prim Ministru Joseph Muscat mill-Partit Laburista.

Fuq il-media soċjali qed idur dan il-messaġġ li fost l-oħrajn jgħid biex tiġi injorata ittra li qed iddur minn ‘klilkka laburista’ sabiex jitkeċċa Joseph Muscat. Tant li b’reazzjoni għal din l-ittra, attivisti laburisti ħassew il-bżonn li jibdew jiċċirkulaw messaġġ b’risposta għal dan, bħala appoġġ għall-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ilu għal diversi ġimgħat jappella lill-Prim Ministru Robert Abela biex jiċħad lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat għax huwa mażra ma’ għonq ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.