Lokali

Żagħżugħ iweġġa’ serjament wara inċident bir-rota

Ritratt: Martin Agius

Għall-ħabta ta’ nofsillejl, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’San Ġwann, fejn Libjan weġġa’ serjament.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fil-post u hemm instab ċiklist fl-art b’numru ta’ ġrieħi. Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li ċiklist tilef il-kontroll u waqa’.

Il-vittma – Libjan ta’ 17-il sena u residenti l-Imsida – ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.