Sport Sport Ieħor

Andiamo De Monchel u High Into The Sky jirbħu t-tiġrijiet ewlenin

(Ritratt: Mike Orland)

Kenneth Vella

Il-Ħadd fil-għaxija fil-korsa tal-Marsa saret is-26 laqgħa tas-sena fuq tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza twila ta’ 2640m. Dawn kienu tkomplija tal-kampjonati MRTL għal żwiemel mill-klassijiet Premier, Silver u Bronze. B’kollox saru żewġ heats tal-klassi Premieru li ntrebħu minn Andiamo De Monchel u d-debuttant Amerikan High Into The Sky. Rodney Gatt temm l-aħjar sewwieq bi tliet rebħiet.

Ta’ min wieħed jinnota li fl-aħħar snin il-kampjonati Sajfin MRTL saru jagħmlu parti integrali mill-kalendarju tat-trott Malti u jiġu organizzati fuq forma ta’ diversi stadji bi żwiemel jakkwistaw ammont ta’ punti biex eventwalment jgħaddu għall-finali li jsiru fi tmiem il-gimgħa li gej.

Disa’ żwiemel biss ħadu sehem fl-ewwel tiġrija Premier. Hawnhekk, Michael Ellul poġġa lil Andiamo De Monchel immedjatament wara li ngħata l-bidu uffiċjali tat-tiġrija. Dan minnufih fetaħ vantaġġ zgħir minn Output Pressure (Clint Vassallo) u Juvels Boy (Paul Galea). Andiamo De Monchel kien kontinwament quddiem u qasam il-linja finali l-ewwel minn Output Pressure u Juvels Boy. Vakato (Chris Grech) kellu wkoll wirja tajba meta temm fir-raba’ pożizzjoni.

Rodney Gatt poġġa lil High Into The Sky quddiem dawra mit-tmiem tat-tieni tiġrija Premier. Dan baqa’ jżomm l-ewwel post sal-linja finali biex ħa l-ewwel rebħa fl-ewwel dehra b’tul minn That’s Art (Clint Vassallo) u Up And Go (George Attard). Clever Lymm (Andrew Farrugia) daħal warajhom f’dik l-ordni.    

Ir-rizultati kollha

I Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Bronze B. Dist – 2640m. 1. Etel Du Pilet (J. Gafa’) Ħin – 3.24.2” (1.17.4”) 2. Finley Codie (R. Gatt) 3. Fan Flony (M. Spiteri) 4. Firstly Light (C. Camilleri)

II Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Bronze B. Dist – 2640m. 1. Dymanite Fac (N. Borg) Ħin – 3.28.5” (1.19”) 2. Glanuese Dika (J. Spiteri) 3. Lady Red Summer (J. Mercieca) 4. Fast Cash S.F. (R. Magro)

III Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Bronze B. Dist – 2640m. 1. Felista De Marlau (R. Gatt) Ħin – 3.24.2” (1.17.4”) 2. Concerto Cehere (C. Calleja) 3. French Arctic (N. Baldacchino) 4. Galaxie d’Azur (P. Galea)

IV Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Silver A. Dist – 2640m. 1. Dream Turgot (K. Saliba) Ħin – 3.23.3” (1.17”) 2. Beauvallon Gede (C. Camilleri) 3. Brioni Du Vivier (M. Farrugia) 4. Decoster Vallee (N. Baldacchino)

V Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Andiamo De Monchel (M. Ellul) Ħin – 3.17” (1.14.6”) 2. Output Pressure (C. Vassallo) 3. Juvels Boy (P. Galea) 4. Vakato (Ch. Grech)

VI Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Silver A. Dist – 2640m. 1. Cygnus Du Guelier (P. Galea) Ħin – 3.18.9” (1.15.4”) 2. El Gusto (Cherise Farrugia) 3. Carlos Mondo SY (J. Gafa’) 4. Yankee Eagle (R. Magro)

VII Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. High Into The Sky (R. Gatt) Ħin – 3.21.5” (1.16.3”) 2. That’s Art (C. Vassallo) 3. Up And Go (G. Attard) 4. Clever Lymm (A. Farrugia)

VIII Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Silver A. Dist – 2640m. 1. Hallas Judex (R. Gatt) Ħin – 3.22.8” (1.16.8”) 2. Cristal De Vandel (J. Gafa’) 3. Wellington (N. Barbara) 4. Andreafilou (C. Calleja)