Matul ix-xahar ta’ Awwissu l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il-ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq it-televizzjoni nazzjonali.
Il-quddies organizzat mill-Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar: Mit-Tnejn sas-Sibt fid-9:30 a.m. mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Wara l-quddiesa tingħad it-talba tar-Rużarju. Dan il-ħin ta’
talb jiġi mtenni fuq it-televizzjoni nazzjonali fil-5:30 p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Kull nhar ta’ Ħadd fid-9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq it-televizzjoni nazzjonali, Facebook u YouTube. Din tiġi mtennija fuq it-televizzjoni nazzjonali fis-6:30 p.m. F’dawn il-ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l-quddies f’dawn il-knejjes:
Il-Ħadd l-1 ta’ Awwissu, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-festa ta’ San Duminku, fil-Bażilika Minuri ta’ Sidtna Marija tal-Porto Salvo u San Duminku, il-Belt Valletta.
It-Tnejn 2 ta’ Awwissu, fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa li matulha Fra Roberto Calleja OFM Conv se jiġi ordnat djaknu, fil-Knisja Parrokkjali tal-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, Burmarrad.
Il-Ħamis 5 ta’ Awwissu, fis-5:45 p.m., lejlet il-festa tas-Salvatur, Monsinjur Arċisqof imexxi t-traslazzjoni tar-relikwa u l-Ewwel Għasar solenni fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.
Il-Ġimgħa 6 ta’ Awwissu, festa tas-Salvatur, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa pontifikali fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija. Din tixxandar fuq it-televizzjoni nazzjonali.
Is-Sibt 7 ta’ Awwissu, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adolexxenti, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ Preca, is-Swatar.
Il-Ħadd 8 ta’ Awwissu, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem, ix-Xemxija. Din tixxandar fuq it-televizzjoni nazzjonali. Fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adolexxenti, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ Preca, is-Swatar.
Is-Sibt 14 ta’ Awwissu, lejlet is-Solennità ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t-traslazzjoni tar-relikwa u l-Ewwel Għasar solenni u wara jiċċelebra quddiesa tal-vġili fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina.
Il-Ħadd 15 ta’ Awwissu, Solennità ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa pontifikali fil-Bażilika Minuri tal-Mosta. Din tixxandar fuq it-televizzjoni nazzjonali.
Is-Sibt 21 ta’ Awwissu, fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t-traslazzjoni tar-relikwa u l-Ewwel Għasar, u wara jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, Tas-Sliema. Dakinhar jinawgura wkoll l-istatwa ta’ Stella Maris wara r-restawr.
Il-Ħadd 22 ta’ Awwissu, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem, ix-Xemxija. Din tixxandar fuq it-televizzjoni nazzjonali. Fit-8:00 p.m., fl-għeluq tal-festa ta’ Santa Elena, Monsinjur Arċisqof imexxi r-ripożizzjoni tar-relikwa u jagħti l-barka sagramentali fil-Bażilika ta’ Santa Elena, Birkirkara.
//= $special ?>