Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 64 każ ġdid – ifiqu 168

Jiżdiedu l-pażjenti rikoverati l-Isptar Mater Dei

Huma 64 l-każi ġodda rreġistrati fl-aħħar 24 siegħa sabiex it-total ta’ każi pożittivi minn Marzu 2020 issa żdiedu għal 34,439.

Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li t-total ta’ persuni rikoverati l-Isptar Mater Dei pożittivi għal virus żdiedu għal 37 bejn il-Ħadd u t-Tnejn….fosthom 5 persuni li jinsabu rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

S’issa għadha mhux magħrufa s-sitwazzjoni preċiża tal-varjant Delta f’Malta, filwaqt li l-etajiet tal-persuni rikoverati l-isptar mhux magħrufa lanqas.

Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati bħala mfejqa 168 persuna filwaqt li fortunatament ma ġiet rreġistrata ebda mewta kawża tal-virus għal 5 jum konsekuttiv sabiex b’hekk it-total ta’ vittmi għadu qed jammonta għal 423.

L-età medja tat-80 każ imħabbra tul il-jum tal-Ħadd kienet ta’ 34 sena.