Sport Sport Ieħor

Harry Kane ma jattendix għall-ewwel jum tat-taħriġ ma’ Tottenham

(Ritratt: EPA)

L-attakkant internazzjonali Ingliż Harry Kane naqas milli jattendi għall-ewwel sessjoni ta’ taħriġ ma’ Tottenham mir-ritorn tiegħu mill-vaganzi wara l-Euro 2020.

Tottenham ma taw l-ebda spjegazzjoni ta’ dan u jidher li l-player irid iħalli l-klabb biex jissieħeb ma’ Manchester City. Jidher ukoll li Kane kellu ftehim maċ-Chairman ta’ Tottenham li jkun jista’ jħalli l-klabb.

Manchester City jidher li huma nteressat sew f’Harry Kane kif ukoll mistennija jagħmlu offerta ta’ 100 miljun sterlina għall-midfielder ta’ Aston Villa Jack Grealish.