Lokali

Id-direttur maniġerali ta’ Virtù Ferries b’unur mill-President Taljan

Id-Direttur Maniġerjali tal-kumpanija Virtu Ferries, Henri Saliba, ingħata l-unur tal-Onorificenza di Cavalieri tal-“Ordine della Stella d’Italia” mill-President Taljan innifsu, Sergio Mattarella.

Dan f’apprezzament għall-kontribuzzjoni fil-koperazzjoni kontinwà bejn Malta u l-Italja.

Il-preżentazzjoni saret mill-Ambaxxatur Taljan għal Malta Fabrizio Romano fejn saħaq li xogħol Henri Saliba huwa wieħed li dejjem tista’ sserraħ moħħok fuqu. Dan filwaqt li faħħar ir-relazzjoni eċċellenti li żamm bejn bejn il-kumpanija, l-ambaxxata u l-bqija tal-pajjiż Taljan.