Lokali Qorti

Il-Maġistrat Monica Vella tista’ tiffaċċa proċeduri fuq ‘returns’ tal-VAT

Il-Maġistrat Monica Vella għandha sa ċans sa Ottubru li ġej biex iddaħħal ir-returns tal-VAT inkella tiffaċċa proċeduri fil-Qorti. L-isem tal-Maġistrat Vella iċċirkola waqt seduta tal-VAT fit-23 ta’ Ottubru li għadda fil-Qorti ta’ Għawdex fejn skont il-prosekuzzjoni rriżulta li allegatament hija naqset milli tgħaddi r-returns għas-snin 2018 u 2019.

Skont il-prassi jekk il-Maġistrat Vella tilħaq iddaħħal ir-returns sa Ottubru li ġej il-każ li għandu jibda’ jinstema fil-15 ta’ Ottubru li ġej, jaqa’. Skont il-liġi kull min jirnexxielu jissottometti r-returns tiegħu sa qabel l-ewwel dehera tal-Qorti ma jiffaċċax proċeduri.

Dawn ir-returns huma dwar xogħol li jsir barra mid-dmirijiet tagħha bħala membru tal-ġudikatura. Hija xorta tista’ tibqa taqdi d-dmirijiet tagħha u tagħmel parti mill-ġudikatura Maltija u fil-fatt għadha għaddejja bix-xogħol tagħha, ta’ kawżi u xogħol tal-Qorti.

Fil-fatt nhar is-Sibt li għadda, quddiema tressaq tifel ta’ 14-il sena mixli li fi żmien ġimgħa b’sikkina fera żewġ żgħażagħ. F’Marzu li għadda il-Maġistrat Monica Vella kienet tneħħiet mill-Qorti t’Għawdex u reġgħet bdiet isservi fil-qrati ta’ Malta.

Il-Maġistrat Vella tneħħiet ukoll mill-każijiet kriminali u ċivili u dan peress li x-xogħol allegatament kienet qed twettqu mhux fil-ħin propizju fejn applikazzjonijiet li ilhom jistennew digriet minn Awwissu tas-sena l-oħra. digrieti li ilhom pendent minn Marzu u żied li l-Maġistrat ma ratx l-urġenza tax-xogħol. Id-deċiżjoni tat-tneħħija tagħha mill-Qorti ta’ Għawdex kienet ġiet ikkomunikata lill-Avukati li kellhom il-kawżi quddiema.