Lokali

Iweġġa’ gravi f’inċident bejn żewġ karozzi

Raġel ta’ 74 sena minn Ħal Qormi sofra feriti gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fiż-Żurrieq.

Għall-ħabta tad-9.15am, ir-raġel kien qed isuq il-karozza tiegħu, tat-tip Toyota, minn Triq il-Wied. Hemm, għal xi raġuni, hu kien involut fl-inċident ma’ karozza tat-tip Ford, misjuqa minn żagħżugħa ta’ 21 sena mis-Siġġiewi.

Minbarra l-Pulizija, fil-post wasal tim mediku b’Ambulanza, li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel qabel ma dan ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Hemm hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.