Lokali

Jerġgħu f’sitwazzjoni skomda minħabba wieħed minn sħabhom

Min jiddefendi lil Zammit Lewis u min iżomm ħalqu magħluq

Għaldarboħra huwa kollega fl-istess Kabinett tagħhom li qed jerġa’ joħloq kunflitt, kontroversja u skumdita fost il-membri tal-Gvern ta’ Robert Abela.

Issa li l-Ministru Edward Zammit Lewis sab ruħu f’nofs skandlu u kompliet tinkixef ir-rabta tiegħu mal-komplici fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, sħabu l-Ministri spiċċaw maqsuma – min joħroġ għonqu għalih, u min iżomm ħalqu magħluq.

“Għandu l-mandat tal-poplu”

Id-Deputat Prim MInistru Chris Fearne, mistoqsji jekk il-pożizzjoni ta’ Zammit Lewis fil-Kabinett hijiex tenibbli, wieġeb sempliċiment li l-Ministru kien elett mill-poplu.

“No Comment

Il-Ministru responsabbli mill-Kultura, Jose Herrera mistoqsi jekk fil-Kabinett hemmx post għal min jikkonfoffa mal-kriminali wieġeb li l-kriminali m’hemm posthom imkien, iżda mistoqsi speċifiakemtn hemmx post għal Zammit Lewis fil-Kabinett tal-Ministri wieġeb biss “no comment”.

“Jekk nitkellem tgħidu li qed nattakkakhom”

Tweġiba ma tinftehimx mill-Whip tal-Gvern, Glenn Bedingield li għall mistoqsija dwar it-tenilità tal-pożizzjoni tal-Ministru sieħbu qalilna: “jekk nitkellem tgħidu li qed nattakkakhom”.

Uħud minn sħab Zammit Lewis kienu skomdi jikkummentaw, bħall-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri li baqa’ dieħel dritt Kastilja b’ħalqu ssiġillat.

Oħrajn.. pruvaw iżeffnu lil min ma għandu xejn x’jaqsam mal-Gvern, Hekk għamlet il-Ministru Julia Farrugia Portelli li ppruvat iżżeffen fin-nofs lil kulħadd minbarra lill-istess Edward Zammit Lewis, iżda ma qalitx hux se tkompli toħroġ għonqha għall-Ministru kollega.

“Jiena komdu nibqa’ nattendi għal-laqgħat tal-kabinett”

Il-Ministru tal-Intern, għall-mistoqsija dwar jekk hux komdu jibqa’ jpoġġi bilqegħda qrib xi ħadd li kkonfoffa ma’ allegat mandant ta’ assassinju, beda jgħidilna li dak li qed ngħidu “mhux korrett” filwaqt li insista li hu kombu jibqa’ jattendi għal-laqgħat tal-Kabinet. Anke Byron Camilleri ma ħasx li kellu ma kienx lest jikkundanna lil Zammit Lewis għal kif kien jikkonfoffa ma’ Yorgen Fenech.

Sadanittant Net News staqsa wkoll lill-Ministru magħruf għall-priedki twal u riflessivi li jagħmel kmieni filgħodu fuq Facebook… jekk hux se jibqa’ gallarija jew hux se jieħu xi tip ta’ azzjoni fil-konfront ta’ Edward Zammit Lewis. Iżda l-Ministru Evarist Bartolo daħal dritt xemgħa f’Kastilja mingħajr ma lissen imqar kelma waħda.

Dan minbarra li ħafna ministri oħra dehru jitilgħu sparati bil-karozza t-telgħa ta’ Kastilja biex jidħlu mill-bieb tal-ġenb, u jaħarbu mill-ġurnalisti, għax skomdi jwieġbu dwar dak li ħawwad seħibhom Edward Zammit Lewis.