Lokali

Jinħatru 33 Kuntistabbli tal-Pulizija ta’ Riserva

33 pulizija – 23 raġel u 10 nisa – li rtiraw mill-Korp tal-Puilizija wara 25 sena servizz jew aktar, ingħataw l-opportunità li jibqgħu jservu fil-korp bħala Kuntistabbli ta’ Riserva. Dawn il-pulizija ngħataw il-ġurament tal-ħatra waqt ċerimonja li saret dalgħodu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

Għall-ewwel darba, dawn il-Kuntistabbli ta’ Riserva ngħataw taħriġ apposta fl-Akkademja tal-Forzi Dixxipplinati f’Ta’ Kandja, u kien jinkludi fost oħrajn l-użu tal-armi tan-nar; proċeduri ta’ kontroll u trażżin; is-saħħa mentali; informazzjoni dwar il-liġijiet ta’ Malta; kif ukoll tagħrif dwar il-Pulizija talKomunità, vjolenza abbażi ta’ sess, kif ukoll kif għandhom jgħinu lill-vittmi tal-kriminalità u kors flewwel għajnuna.